Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa

Il-Kummissjoni twitti t-triq biex l-Ewropa tkun pijuniera tal-IA bi Pjan ta' Azzjoni ambizzjuż għal Kontinent tal-IA

A person using a laptop with various AI-related icons and graphics displayed on the screen. The text in the image includes "AI" and percentages, possibly related to AI performance or statistics.

GettyImages © Khanchit Khirisutchalual

Il-Pjan ta' Azzjoni għal Kontinent tal-IA li tnieda llum għandu l-għan li jpoġġi lill-Ewropa fuq quddiem nett fid-dinja fl-intelliġenza artifiċjali (IA). Kif iddikjarat il-President von der Leyen fis-Summit ta' Azzjoni dwar l-IA li sar fi Frar 2025 f'Pariġi, din l-inizjattiva ambizzjuża għandha tittrasforma l-industriji tradizzjonali b'saħħithom tal-Ewropa u r-riżerva ta' talent eċċezzjonali tagħha biex tagħmilhom forza qawwija ta' innovazzjoni u aċċellerazzjoni tal-IA.