
European Commission
Immaġni tal-Kummissarju Oettinger bi kwotazzjoni dwar l-inizjattiva tan-negozji l-ġodda u tan-negozji li qed jespandu
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu hija parti mill-istrateġija biex isir suq uniku aktar profond u ġust, jinħolqu opportunitajiet għall-konsumaturi u n-negozji u biex l-SMEs u n-negozji l-ġodda jiġu megħjuna jikbru.
Il-proposti ewlenin tal-inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu huma:
- Li jitneħħew l-ostakli għan-negozji ġodda biex jespandu fis-Suq Uniku.
- Biex jinħolqu opportunitajiet aħjar għal sħubija, opportunitajiet kummerċjali u ħiliet.
- Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi.
Azzjonijiet aktar dettaljati huma miġbura fil-qosor fi stqarrija għall-istampa maħruġa llum mill-Kummissjoni.